The 2026/27 MAFA season begins tomorrow, and Naxxar Victorians will have the chance to make an early mark in their Twanny Agius Fair Play Cup clash with Senglea Gunners on Saturday.
The match, taking place at the Marsaxlokk FC Grounds, opens the new season, and the boys will hope to hit the ground running. Over the summer, the team has undergone several adjustments, both in the squad and coaching staff.

Coach Connor Muchmore has remained at the helm of the team, but Giuseppe Dattoli and Matthew Gauci, who called time on their playing career, have now joined the coaching staff as assistant coaches.
Meanwhile, the club has registered its first 23 players for the season, with 18 making the cut for the Twanny Agius Cup. Newly joined Kyle Pace and the returning Kurt Aquilina make up the goalkeeping position this season, while the team’s outfield remains largely the same with a few upgrades.
Naxxar Victorians jibdew l-istagun bit-Twanny Agius Cup
L-istaġun 2026/27 tal-MAFA jingħata bidu għada, b’Naxxar Victorians ikollhom l-ewwel ċans li jibdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta nhar is-Sibt jaffrontaw lil Senglea Gunners fit-Twanny Agius Fair Play Cup.
Il-konfront, li se jintlagħab fil-Marsaxlokk FC Grounds, se jkun l-ewwel impenn uffiċjali tal-istaġun il-ġdid, bit-tim determinat li jibda l-avventura tiegħu bl-aħjar mod possibbli. Matul is-sajf saru diversi bidliet kemm fl-iskwadra kif ukoll fl-istaff tekniku.
Connor Muchmore se jibqa’ jmexxi lit-tim bħala kowċ, filwaqt li Giuseppe Dattoli u Matthew Gauci, li fi tmiem l-istaġun li għadda temmew il-karriera tagħhom bħala plejers, issa ngħaqdu mal-istaff tekniku bħala assistenti kowċis.
Intant, il-klabb irreġistra l-ewwel 23 plejer tiegħu għall-istaġun il-ġdid, bi 18 minnhom magħżula għall-iskwadra li se tikkompeti fit-Twanny Agius Cup. Kyle Pace, li ngħaqad mal-klabb matul is-sajf, u Kurt Aquilina, li rritorna mat-tim wara waqfa ta’ staġun, se jiffurmaw id-dipartiment tal-gowlkipers għal dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra, il-qalba tal-iskwadra tal-istaġun li għadda nżammet fil-biċċa l-kbira tagħha, filwaqt li saru wkoll numru ta’ akkwisti bil-għan li jkomplu jsaħħu lit-tim.


Comment